DATA: IL-ĦADD 5 TA’ FRAR 2012
ĦIN: 10.00A.M.
POST: ORATORJU DON BOSCO
RABAT
Il-Materjal se jigi mqassam lill-membri Għawdxin nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar 2012 mill-10.00a.m. l-quddiem mill-Oratorju Don Bosco Rabat.
Il-Materjal se jkun jikkonsisti: TESSERA – SPORTS BAG – BANDIERA KBIRA TA’ L-INTER, BADGE TAL-ĠLEKK U POSTER KBIR.
Bħal fis-snin l-imgħoddija, mat-tqassim tal-materjal hemm marbuta donazzjoni VOLONTARJA li wieħed jekk irid u minn qalbu jagħti sabiex jittaffew l-ispejjeż kbar tal-klabb tagħna. Min jagħti donazzjoni jipparteċipa fil-lotterija ta’ vjagg għal Milano u biljett tal-logħba ta’ l-Inter li jagħżel ir-rebbieħ stess. Bħas-soltu din il-lotterija titla’ fil-Laqgħa Ġeneral li jmiss.
Barra minn hekk min jagħti donazzjoni jingħata materjal ‘extra’ u dan fuq bażi ta’ First come first served basis’. Dan jinkludi:
TABLE/DESK CALENDAR UFFIĊJALI, MADUMA, SETTIJIET TA’ BADGES, MUG, KEYCHAIN TAL-METAL, BANNER TAL-KAROZZI, BANNER TAL-ĦAJT, CD BL-INNIJIET UFFIĊJALI TA’ L-INTER, BLALEN UFFIĊJALI, FLOKKIJIET NIKE U ĦAFNA AFFARIJIET OĦRA IL-MEMBRI TAGĦNA GĦAWDXIN, LI JAGĦTU MINIMU TA’ 10 EUROS, SE JKOLLHOM UKOLL L-ESKLUSSIVITA’ LI JIEĦDU WKOLL POSTER LI GĦADNA KIF GIBNIEH MAGĦNA MINN MILANO U SE JITQASSAM SPEĊIFIKAMENT LILL-MEMBRI TAGĦNA GĦAWDXIN. Peress li n-numru tal-posters huwa limitat, dan ukoll jitqassam fuq ‘First come first served basis’.
INIZJATTIVA OĦRA SE TKUN LI MIN JAGĦTI MINIMU TA’ 20 EUROS JINGĦATA KALENDARJU KBIR UFFIĊJALI TA’ L-INTER U L-POSTER UKOLL.
|